Newsdesk

NEWSDESK: It-tiġdid fil-Partit Nazzjonalista

Id-diskussjoni ta’ nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar it-tiġdid fil-Partit Nazzjonalista.

Flimkien mal-mistiedna, Newsdesk se jagħti ħarsa dwar il-Kunsill Ġenerali li sar fi tmiem il-Ġimgħa li għaddiet, bit-tema Inkomplu Nagħmlu Differenza. X’inhi t-triq ‘il quddiem għall-Partit Nazzjonalista? X’inhi l-viżjoni li qed iħaddan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr. Simon Busuttil? L-Oppożizzjoni hi alternattiva għall-Gvern Laburista immexxi minn Dr. Joseph Muscat?

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.20pm fuq Radio 101.

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.