Franza organizzat ċerimonja biex tonora erba’ membri tar-Reżistenza Franċiża li ddistingwew ruħhom fit-taqbida kontra l-qawwiet tan-Nazi li okkupaw pajjiżhom waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.
Iċ-ċerimonja saret fil-możolew tal-Pantheon, f’Pariġi, wara li t-twiebet li kienu jirrappreżentaw lil dawn l-eroj, tmexxew mill-kapitali Franċiża. Wara ċ-ċerimonja saret difna simbolika, waqt li l-President ta’ Franza, Francois Hollande, qal li dawn l-erba’ eroj jikkaratterizzaw l-ispirtu tar-Reżistenza.
It-twiebet kien fihom biss ħamrija mill-oqbra ta’ dawn il-ġellieda tar-Reżistenza, li tnejn minnhom kienu nisa. Dan peress li qrabathom ma riedux li l-katavri tal-għeżież tagħhom jinqalgħu minn posthom.
L-eroj Franċiżi onorati minn pajjiżhom huma Germaine Tillion, Genevieve de Gaulle-Anthonioz, Pierre Brossolette u Jean Zay.
//= $special ?>