Kunsilli Lokali Lokali

Partiġjaniżmu waqt is-serata Ġieħ il-Ħamrun

Il-Kunsill Lokali Laburista tal-Ħamrun ilbieraħ organizza s-serata annwali “Ġieħ il-Ħamrun”.
Imma sfortunatament, għażel li anke l-għoti ta’ dan il-premju li suppost jgħaqqad lill-Ħamruniżi billi jonora persuna li tkun għamlet isem għal-lokal, idawru fi kwistjoni ta’ politika partiġjana hekk kif irrifjuta n-nomina ta’ Gejtu Cuschieri għal dan il-premju li jingħata kull sena.

Dan għamlu bl-iskuża li għal dan il-premju mhumiex eliġibbli persuni mejtin, u għalhekk minkejja li Gejtu Cuschieri kellu żewġ nomini li tressqu quddiem il-kunsill għal dan l-unur, il-kandidatura tiegħu għal dan il-premju ġiet imwarrba.

Minflok, l-għażla tal-kunsill b’vot intern waqgħet fuq Ray Azzopardi, l-eksuffiċjal tal-Partit Laburista u eks-Kap tar-radju laburista Super One li llum huwa l-Ambaxxatur Malti għall-Belġju u Kap tal-Missjoni ta’ Malta għan-NATO.