Lokali

Petizzjoni u rabja kontra l-Gvern wara r-riżenja tas-Sindku Laburista ta’ Ħal-Tarxien

Wara r-riżenja tas-Sindku Laburista ta’ Ħal-Tarxien Joseph Abela, residenti tal-lokalita’ għamlu petizzjoni u rnexxielhom jiġbru mijiet ta’ firem sabiex ir-riżenja ta’ Joseph Abela ma tiġix aċċettata.

Is-Sindku ta’ Ħal-Tarxien irriżenja wara li qal li ma kellux biżżejjed fondi allokati biex iwettaq il-ħidma tiegħu fil-Kunsill Lokali. F’messaġġ fuq Facebook Joseph Abela, sostna wkoll li mal-problema tan-nuqqas ta’ fondi kellu jiffaċċja dak li hu sejjaħ ‘tfixkil intern’.

Kummenti fuq Facebook, ta’ residenti ta’ Ħal-Tarxien jgħidu li ma jistgħux jifmhu kif il-gvern għadu ma ħariġx stqarrija dwar dan u ma jistgħux jifmhu li l-lokalita’ tilfet servizz ta’ persuna desktitta minn ħafna bħala ġenwin u ħabrieki u li għaqqad ir-raħal ta’ Ħal-Tarxien, u l-gvern għadu ma ħariġx ir-reazzjoni tiegħu.

Għalhekk issa r-residenti ta’ Ħal-Tarxien qed jappellaw lill-gvern biex Joseph Abela jagħti l-kontribut tiegħu f’ħidma ohra.
Aktar kmieni matul din il-ġimgħa kien rapurtat kif din ir-riżenja ġabet tħassib l-iktar wara li Joseph Abela kien kiseb iktar mid-doppju tal-voti tas-Sindku Laburista preċedenti Pawlu Farrugia fl-aħħar elezzjoni fl-2013. Dan ir-riżultat kien vot ta’ sfiduċja fl-ex sindku wara snin ta’ tmexxija fjakka u ħidma minima fil-lokalita.

Minkejja l-petizzjoni u l-vot ta’ sfiduċja f’Pawlu Farrugia fl-aħħar elezzjoni ġenerali, ilbieraħ hu ngħata l-ġurament bħala Sindku xorta waħda fil-bini tal-Kunsill Lokali f’Ħal-Tarxien.

Paul Farrugia sindku tarxien gurament