Pilota li kien responsabbli mit-titjira bejn Philadelphia u Atlanta, fl-Istati Uniti, ġietu idea mhux tas-soltu biex jikkalma lill-passiġġieri ffrustrati li t-titjira li kienu fuqha kienet imwaħħla għal sigħat sħaħ.
Hekk kif induna li l-ajruplan kellu jbiddel ir-rotta, jinżel f’ajruport ieħor u kien se jittardja ħafna biex jasal fid-destinazzjoni finali minħabba l-kundizzjoni ħażina tat-temp, il-pilota tad-Delta ma ħasibhiex darbtejn u ordna pizza għal kull passiġġier li kellu maqbud fl-ajruplan. Il-każ seħħ nhar it-Tlieta.
Il-passiġġieri tbissmu meta raw għexieren ta’ kaxxi tal-pizza jitwasslu sal-ajruplan bit-trailers tal-bagalji, imbagħad jitqassmu mill-ekwipaġġ. Il-passiġġieri tniżżlu fl-ajruport tad-destinazzjoni tagħhom tliet sigħat wara li kien suppost imma niżlu l-art bl-istonku mimli.
Dan il-pilota ma kienx l-uniku wieħed fost il-bdoti xogħol dakinhar mad-Delta Airlines. Anke dawk responsabbli mit-titjiriet minn Ohio, Illinois u Mississippin offrew trattament simili lill-passiġġieri tagħhom.
//= $special ?>