Permezz ta’ App fuq Facebook, żagħżugħ Brittaniku ta’ 18-il sena kellu l-opportunita’ li jkanta kanzunetta ‘virtwali’ mal-kantanta favorita tiegħu Jessie J.
Wara li Tom Bleasby iċċirkola online dan il-filmat, dan ġie segwit minn aktar minn 7 miljun persuna. Jessie J iċċirkolat ukoll dan il-filmat fuq il-pagna tagħha ta’ Facebook.
Bleasby saħaq li din il-ġimgħa kienet ġimgħa ferm differenti mill-oħrajn. Ġimgħa li fiha irċieva ħafna telefonati minn persuni qrib tiegħu, kif ukoll persuni li ma jafx.
Fi ftit jiem dan iż-żagħżugħ irċieva ammont kbir ta’ offerti biex jiffirma kuntratti ma kumpaniji kbar tal-mużika.
//= $special ?>