Internazzjonali

Attakki qattiela fuq il-lukandi f’Bagdad

Fl-Iraq mietu talanqas għaxar persuni waqt attakki b’żewġ karozzi-bomba li seħħew fiz-zoni ta’ lukandi ewlenin, fiċ-ċentru ta’ Bagdad.

L-ewwel splużjoni seħħet barra l-Lukanda Babylon, maġenb ix-Xmara Tigris, waqt li t-tieni splużjoni laqtet l-inħawi tal-Lukanda Ishtar li qabel kienet magħrufa bħala l-Lukanda Sheraton.

Ir-rapporti aktar tard ikkonfermaw li fl-isplużjonijiet indarbu ‘l fuq minn 30 persuna; b’osservaturi jirreferu għall-‘isparaturi’ li wkoll instemgħu fil-kapitali .

L-aħħar rapporti qalu li l-pulizija kienu qed jippruvaw jinnewtralizzaw tielet karozza-bomba li sabu fis-sit tal-parkeġġ tal-Lukanda Babylon.