Brian Chetcuti, li għall-aħħar erba’ snin kien l-assistent kowċ ta’ Santa Luċia, kif ukoll kowċ tal-youths, ħalla din il-kariga biex issa se jkun qed jassisti lill-kowċ ta’ Luxol Wayne Attard u l-assistent tiegħu Jose Borg. Hu se jokkupa wkoll il-kariga ta’ kowċ tal-U17s tal-istess klabb tal-Premier.
Chetcuti kien strumentali biex Santa Luċia wettqu pjan fit-tul li numru ta’ żgħażagħ tan-nursery javvanzaw u jiddebuttaw mal-iskwadra ewlenija.
Il-ħidma ta’ Chetcuti wasslet biex fl-ewwel sena tiegħu l-youths kisbu promozzjoni storika għal Section D b’punti daqs ir-rebbieħa ta’ Section D. Għas-sentejn ta’ wara l-youths tilfu promozzjoni oħra għal Section B bi żbrixx.
Matul l-aħħar staġun fil-maġġoranza tal-plejers tal-iskwadra ewlenija Santa Luċia kellhom plejers li avvanzaw min-nursery.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).


