Internazzjonali

Buhari inawgurat President tan-Niġerja

Muhammadu Buhari, ingħata l-ġurament bħala President ġdid tan-Niġerja u wiegħed li se jaħdem lejn aktar prosperità fl-aktar pajjiż Afrikan li għandu popolazzjoni kbira.

Buhari hu l-ewwel kandidat tal-Oppożizzjoni li rebaħ elezzjoni fin-Niġerja mindu l-pajjiż kiseb l-indipendenza fl-1960. Intant, il-President ġdid, li fil-passat kien kmandant militari, qed jieħu r-riedni tan-Niġerja minn idejn l-eks-President Goodluck Jonathan li kien ilu fil-poter mill-2010.

Muhammadu Buhari, ftit tas-sigħat ilu, għamel diskors fil-kapitali Abuja fejn impenja ruħu biex jikkonfronta l-korruzzjoni u t-theddida kontinwa mill-militanti Iżlamiċi tal-grupp Boko Haram għan-Niġerja.