Il-President ta’ Lija Athletic F.C. Charles J. Scerri ħabbar li mhux se jerġa’ jikkontesta għal kariga fil-kumitat tal-klabb għall-istaġun li ġej.
Taħt it-tmexxija ta’ Scerri, li ilu jokkupa kariga fil-kumitat tal-klabb għall-aħħar għoxrin sena, Lija Athletic kisbu riżultati tajbin b’mod speċjali promozzjoni għall-Premier fl-2001 u l-2004.
Anke’ l-Viċi President tal-istess klabb, David Formosa, ħabbar li se jieqaf mill-kumitat ta’ Lija Athletic F.C.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

