Il-Prim Ministru Joseph Muscat ikompli jinjora l-appelli li qed isirlu mill-moviment ta’ entitajiet u individwi minn kull settur tal-popolazzjoni, inkluż mill-kamp Laburista stess, kontra l-bini ta’ Università barranija fiż-żona ODZ taż-Żonqor f’Marsaskala.
F’kummenti lill-ġurnalisti, Muscat ikkonferma li parti mill-Università żgur se tkun fiż-żona barra mill-iżvilupp. Dan minkejja li fl-istess nifs sostna li l-Gvern qed ifittex xi żoni alternattivi. Dwar dan, il-Prim Ministru qal li minbarra f’Marsaskala, qed iħares ukoll lejn xi postijiet oħra.
Minkejja li ammont sostanzjali ta’ siti alternattivi pproposti mill-NGOs huma fortizzi li jinsabu abbandunati, Muscat jidher li elimina għalkollox din il-possibbiltà. Dan hekk kif qal li biex dan isir, trid tinbena infrastruttura ġdida, bħat-toroq, biex ikun hemm aċċess aħjar għall-istudenti u l-għalliema, kif ukoll għal servizzi ta’ emerġenza, fost l-oħrajn.
//= $special ?>
