Internazzjonali

Filmat ta’ ritratti kuljum ta’ raġel juru l-effett drammatiku taż-żmien

Raġel li ħa ritratt tiegħu, fl-istess post u pożizzjoni, kuljum għal 16-il sena sħaħ għaqqad ir-ritratti kollha f’filmat inkredibbli li qed jisraq l-attenzjoni ta’ ħafna fuq l-internet.

Jonathan Keller Keller, magħruf bħala J-K Keller, kuljum ħa ritratt ta’ wiċċu, minn spallejh ’il fuq f’dak li issa qed jitqies bħala esperiment soċjali importanti. Issa r-riżultat jidher fil-filmat li, fi ftit minuti, juri l-bidliet li għadda minnhom bejn l-età ta’ 22 u 39 sena, inkluż stili ta’ xagħar differenti, leħja, nuċċali u s-sinjal taż-żmien.

Dan kollu beda bi sfida diretta mat-tfajla tiegħu li kienet ħasbet li Keller ma kienx se juża l-camera tar-ritratti ġdida li kien xtara, kuljum.

Keller qal li l-bidliet mistennija jkunu ferm iktar drammatiċi hekk kif il-‘proġett’ jaqbeż l-20 jew it-30 sena.