Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ġimgħa, 29 ta’ Mejju.

IN-NAZZJON b’ritratt kbir fil-faċċata li juri lill-President tal-FIFA Sepp Blatter hekk kif illum se tkun qed issir l-elezzjoni għat-tmexxija tal-FIFA, fl-isfond ta’ akkużi serjissimi ta’ korruzzjoni.

THE TIMES OF MALTA tiżvela li l-pjanti li ħarġu lbieraħ tal-cruiseliner terminal fil-Qala Għawdex “ħarġu bi żball” mill-kumpanija Chapman Taylor. Il-proċess ta’ aġġudikazzjoni għadu m’għalaqx.

Iżda l-gazzetta L-ORIZZONT xorta tuża t-titlu ‘Chapman Taylor ta’ Milan se jiddisinjaw il-cruise terminal f’Għawdex’.

Fil-gazzetta THE MALTA INDEPENDENT naqraw illi jekk dan il-proġett verament isir fil-post indikat, ikun ifisser il-qerda ta’ żona protetta fil-Qala.