Futbol Sport

It-tieni sessjoni tal-Kungress tal-FIFA

AĠĠORNAMENT 13:41PM

Il-Kungress jista’ jkompli wara li l-awtoritajiet iċċertifikaw il-post sigur.

AĠĠORNAMENT 13:15PM

Theddida ta’ bomba fil-bini fejn qed isir il-Kungress tal-FIFA.

AĠĠORNAMENT 11:26AM

Il-votazzjoni għall-President tal-FIFA se ssir fl-4pm.

AĠĠORNAMENT 11:09AM

Stennija għad-diskors ta’ Ali bin Al-Hussein waqt il-65 Kungress tal-FIFA fi Zurich.

AĠĠORNAMENT 10:48AM

“Irridu lill-FIFA back on track. Il-FIFA għandha bżonnkom.” – Sepp Blatter

AĠĠORNAMENT 10:40AM

“Imnalla kien it-televiżjoni biex kiber il-futbol” – Sepp Blatter

AĠĠORNAMENT 10:38AM

Blatter jiddubita dwar il-fatt “għaliex” l-allegazzjonijiet ta’ tixħim u korruzzjoni kumbinazzjoni ħarġu jumejn qabel l-elezzjoni Presidenzjali.

AĠĠORNAMENT 10:30AM

Blatter dwar il-każ ta’ tixħim: “Ma nistgħux li nissolverjaw lil dawk kollha involuti fil-futbol”.

AĠĠORNAMENT 10:27AM

Jibda d-diskors tal-President Sepp Blatter.

AĠĠORNAMENT 10:00AM

Sepp Blatter sejjaħ għall-uffiċjali tas-sigurta’ meta ftit ilu fetaħ il-Kungress tal-FIFA fi Zurich. F’ħin minnhom instema’ leħen jgħajjat, u mal-ewwel ġew uffiċjali tas-sigurta’ biex jikkalmaw is-sitwazzjoni. Imbgħad Blatter qal lis-securities biex ikunu preżenti ma’ kull bieb tas-sala.

Fl-introduzzjoni tal-Kungress, il-President tal-FA tal-Iżvizzera tkellem dwar l-importanza li jkun hemm fiduċja fil-FIFA.

Blatter