Futbol Sport

Jose Borg se jassisti lil Wayne Attard fit-tmexxija ta’ Luxol

L-eks captain ta’ St Andrews Luxol u plejer ta’ Naxxar, Marsa u Santa Venera Jose Borg se jkun l-assistent ta’ Wayne Attard fit-tmexxija ta’ Luxol F.C., fil-Kampjonat Premier.

Borg beda l-karriera tiegħu fl-1999 fejn sal-2004 kien kowċ tan-nursery ta’ St. Andrews Luxol. Wara hu laħaq kowċ tal-U14s u Assistent kowċ tal-U18s għall-istaġun ta’ wara.

Fl-2005 għal Borg bdiet avventura twila ta’ tmien snin bħala kowċ tan-nisa ta’ Hibernians fejn rebaħ żewġ kampjonati, żewġ Super Cups u Knock Out filwaqt li dejjem wassal l-iskwadra fost l-ewwel tlieta u kiser numru ta’ rekords.

Fl-2013 Jose Borg għadda fit-tmexxija tat-tim tan-nisa ta’ Gozo F.C. waqt li l-istaġun li għadda ħa t-tmexxija ta’ Luxol Raiders fejn spiċċa fit-tielet post u finalist tan-KO.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).