Futbol Sport

Malta fil-Kwarti tal-Finali tal-Euro LawyersTournament

It-tim Malti tal-11 a side li qed jieħu sehem fil-Euro Lawyers Tournament ikkwalifika għall-kwarti tal-finali ta’ għada kontra Dacia Felix Cluj Napoca tar-Rumanija.

Il-Maltin illum kisbu żewġ draws ta’ 0-0 (kontra Bosphorus Classic u Antwerp Bar) u llejla għelbu 3-0 lil Advocatus Croatia.

Il-kwarti tal-finali tal-Maltin tintlagħab illum fl-16:30 fil-Hibs Stadium. Id-dħul hu b’xejn.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).