Internazzjonali

Maria De Filippi u Carlo Conti meqjusa l-persunaġġi televiżivi Taljani tas-sena

Maria De Filippi u Carlo Conti ngħataw il-premju bħala l-persunaġġ televiżiv femminili u maskili, rispettivament, għas-sena 2015.

Il-programm ta’ Carlo Conti, Tale e Quale show, tqies mill-ġurija bħala l-aħjar programm televiżiv tas-sena.

Bil-mod ta’ kif iż-żewġ preżentaturi ċċajtaw fuq il-palk tal-istudios tar-Rai, waqt il-premjazzjoni, ħafna qed jaħsbu li jistgħu jkunu dawn it-tnejn li s-sena d-dieħla jippreżentaw l-edizzjoni li jmiss tal-festival tant maħbub ta’ Sanremo.

Fost il-premijiet l-oħra li ngħataw, Frank Matano ngħata l-unur għall-aħjar persunaġġ ġdid, Braccialetti Rossi għall-aħjar serje televiżiva u Roberto Benigni għax-xandira straordinarja tas-sena b’I Dieci Comandamenti.