Hekk kif Marlene Farrugia ħarġet pubblikament titkellem kontra l-iżvilupp ta’ djar lussużi f’Tas-Simar, fil-Qala Għawdex, issa d-deputat laburista qed tgħid li waslet f’punt li titlob Ministeru sabiex tassew twettaq l-ideat li għandha.
F’kumment li ħalliet fis-sit tal-Malta Indipendent, Marlene Farrugia qalet “jien qed nagħmel xogħli ta’ backbencher kif suppost. Kif qed nara l-affarijiet jiġru iżda, jista’ jgħati l-każ li issa veru għall-ewwel darba nitlob pożizzjoni fil-kabinett, biex tassew inkun għamilt l-almu tiegħi kollu f’ħidma favur is-suċċess tal-pajjiz taħt dan il-Gvern”.
U tkompli: “Nistqarr li xorta nibża’ li ma nkunx nista’ naħdem kif nixtieq jien, imma għallinqas inkun offrejt ħidmieti fejn nista’ nagħmel l-aktar differenza u nkun ppruvajt kollox”.
“Jkolli nistqarr mieghek li jien tant ghandi x’ naghmel li jkun sagrificcju kbir ghalija u l-familja tieghi imma , b’ dak li qed nara jigri madwari, ghallinqas inkun offrejt u ppruvajt bis-sahha kollha nheggeg u nahdem biex nimxu kif weghdna lill-poplu u skond il-manifest tal-Moviment Laburista”.
Marlene Farrugia tgħid illi jekk it-talba tiegħha ma tiġix aċċettata, ma jkun ġara xejn għax tibqa taħdem bħala backbencher.
//= $special ?>