Futbol Sport

Norman Darmanin Demajo jitfa’ l-vot bit-tama ta’ bidla fil-FIFA – il-GFA tappoġġjah

Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo ftit tal-ħin ilu tefa’ l-vot tiegħu fl-elezzjoni għall-Presidenza tal-FIFA. Vot li kif ħabbar iktar kmieni mar għar-rivali tal-President Sepp Blatter, il-Prinċep tal-Ġordan Ali bin al-Hussein.

Fid-diskors tiegħu lid-delegati, il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo appella lil dawk kollha li għandhom vot fl-elezzjoni Presidenzjali tal-FIFA biex jivvutaw għall-bidla.

“Tibżgħux mill-bidla. Tkunux indifferenti. Il-futbol għandu bżonn il-vot tagħkom. Ivvutaw lill-Prinċep Ali u biddlu lill-FIFA,” appella Darmanin Demajo.

Iktar kmieni l-President tal-Gozo Football Association Samuel Azzopardi ħabbar li l-GFA tappoġġja l-pożizzjoni ta’ Norman Darmanin Demajo, u allura tal-MFA, li appella għall-bidla fit-tmexxija tal-FIFA.