Futbol Sport

Possibilta’ li eks internazzjonali tat-Tuneżija jilgħab f’Malta

L-attakkant internazzjonali Tuneżin ta’ 32 sena Mehdi Ben Dhifallah qed jinteressa numru ta’ klabbs, b’dan is-sit jinsab infurmat li l-plejer qed iħares lejn il-possibilta’ li jiġi jilgħab f’pajjiżna.

Ħarsa lejn il-karriera ta’ Dhifallah turi statistiċi interessanti fosthom li l-attakkant skurja seba’ gowls f’16-il partita mat-tim nazzjonali Tuneżin bejn l-2005 u l-2012.

Dhifallah, li beda l-karriera tiegħu fit-Tuneżija ma’ ES Zarzis (fejn skurja 26 gowl fi 58 partita’) lagħab ukoll Étoile du Sahel (fejn skurja 39 gowl f’61 logħba), Al-Merreikh u Stade Tunisien fit-Tuneżija, kif ukoll Nasr Benghazi fil-Libja (fejn skurja 34 f’42 logħba), Widzew Łódź fil-Polonja u Bali United fl-Indoneżja fost l-oħrajn.

Riċentament Ben Dhifallah ġie offrut ukoll lil numru ta’ klabbs fil-Kampjonat Premier. Madankollu l-klabbs Maltin se jsibu kompetizzjoni ħarxa minn klabbs Tuneżini, b’uħud li fl-aħħar jiem diġa’ għamlulu xi proposti.

Preżentament Dhifallah, li jinsab bla klabb, qed jitħarreġ fit-Tuneżija mal-eks klabb tiegħu Étoile du Sahel.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).