Il-gwardjani tal-kosta Taljani fl-aħħar sigħat irnexxielhom isalvaw total ta’ 741 immigranti li kienu qed jivvjaġġaw f’sitt dgħajjes lejn l-Ewropa.
Dawn id-dgħajjes, li telqu mil-Libja, kienu interċettati mill-qawwiet navali tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran, ‘il hinn mill-kosta ta’ Sqallija — b’dan jikkonfermawh kelliema għall-gwardjani tal-kosta.
Fl-aħħar ġimgħat diversi gruppi oħra ta’ immigranti kienu telqu mil-Libja bil-ħsieb li jaħarbu mill-konflitt u l-faqar f’pajjiżi bħas-Sirja, l-Eritrea u s-Somalja.
Intant, l-Unjoni Ewropea, ix-xahar li għadda, wiegħdet li żżid il-patrols marittimi fil-Mediterran flimkien mal-impenji biex tikkumbatti lit-traffikanti tal-bnedmin.
In-Nazzjonijiet Uniti tikkalkula li fl-aħħar ħames xhur madwar 60,000 immigranti ppruvaw jaqsmu l-Mediterran lejn l-Ewropa. Skont l-aħħar kalkoli, spiċċaw jitilfu ħajjithom talanqas 1,800 waqt dawn il-vjaġġi perikolużi.
//= $special ?>