Susan Boyle spiċċat mitkellma mill-Pulizija Skoċċiża wara li kellha xi tgħid ma’ qariba tagħha dwar flus.
L-eksstilla ta’ “Britain’s Got Talent” ma ngħatatx twissija formali wara li l-Pulizija talbitha biex ma tibqax tibgħat messaġġi meqjusa abużivi lil qariba tagħha.
Skont ħabiba tagħha, Boyle tinsab trankwilla u qed tirrekordja s-seba’ album tagħha. L-inċident allegatament seħħ meta Boyle marret iżżur lill-qariba tagħha li kienet sellfitha somma flus, b’ħames ċifri, imma l-qariba tagħha qatgħet kull kuntatt magħha. Ġie rrappurtat li l-kantanta ma tħallietx tidħol fid-dar tal-qariba u tħalliet fuq il-bankina fejn it-tnejn spiċċaw jargumentaw, b’Susan Boyle mbagħad tibgħatilha messaġġi iebsa.
Il-kantanta tbati minn kundizzjoni partikolari ta’ awtiżmu li ġġagħlha titlef il-kontroll meta ssib ruħha f’sitwazzjonijiet ta’ emozzjonijiet qawwija.
Din mhix l-ewwel darba li l-Pulizija kellmet lill-kantanta ta’ 54 sena imma jidher li kull darba l-affarijiet jikkalmaw.
//= $special ?>