Għawdex Lokali

“Żball oħxon” dwar il-cruise terminal f’Għawdex

Il-PBS ilbieraħ ħabbar b’pompa kbira il-proġett tal-cruise terminal f’Għawdex. Iżda issa sar magħruf li dawn id-disinji ġew ippubblikati mill-Periti Taljani bi żball.

Il-ġurnal TIMES OF MALTA illum jippubblika storja dwar l-iżball oħxon li sar mill-kumpanija Chapman Taylor ta’ Milan, li ħarġet id-disinji ta’ kif se jiġi dan il-proġett fil-Qala Għawdex. Dan meta l-proċess ta’ aġġudikazzjoni minn naħa tal-Gvern għadu għaddej.

Għalkemm ingħatat l-impressjoni li dan se jkun il-proġett magħżul mill-Gvern, kelliem ghall-arkitetti ta’ Milan stqarr li dan l-iżball issa ħoloq “taħwida enormi”.