Żewġ stqarrijiet fl-istess ġimgħa dwar l-istess suġġett qegħdin jgħatu impressjoni differenti dwar kif ġraw il-fatti b’rabta mal-każ tal-materjal użat fil-bini ta’ l-isptar Mater Dei.
Dan hekk kif l-għada li ta’ xhieda quddiem l-inkjesta tal-Bord appuntat mill-gvern dwar l-materjal użat fil-bini ta’ l-isptar Mater Dei, liema inkjesta qegħda titmexxa mill-Imħallef Emeritu Philip Sciberras, l-eks Ministru John Dalli għażel li joħroġ stqarrija għall-istampa.
Stqarrija li fiha Dalli saħaq li matul is-seduta li fiha huwa ta’ xhieda, huwa kien stqarr li kien infurmat biss bil-Project Closure Agreement sitt ġimgħat wara li kien iffirmat.
Fl-istqarrija Dalli kkwota email li ntbgħatet fil-5 t’April 2009 li allegatament turi kif dak li kien qiegħed jgħid Dalli fix-xhieda tiegħu kien minnu.
Dalli fl-istqarrija saħaq li dan kollu juri intenzjoni diżonesta u malizzjuza min dawk li kienu qegħdin jippuntaw subajhom fid-direzzjoni tiegħu.
Iżda fi stqarrija oħra ġimgħa ilu Dalli kien saħaq li kif dejjem għamel kemm serva bħala membru tal-kabinett, huwa kien ħa l-kuntratt f’laqgħa tal-kabinett fejn skond Dalli dan ġie diskuss u saħansitra anke approvat.
Fl-istqarrija ta’ ġimgħa ilu Dalli spjega li f’dak l-istadju kien għad jonqsu jara jekk difetti strutturali kif kontemplati mill-liġi kienux fost l-eżenzjonijiet mgħotija.
//= $special ?>