Fis-Sirja, helicopters tar-reġim tal-President Sirjan Bashar al-Assad waddbu l-isplussivi magħrufa bħala barrel-bombs fuq inħawi fil-provinċja ta’ Aleppo fejn inqatlu madwar 50 ċivili, b’għexieren oħra jisfaw midruba. Dan qaluh l-osservaturi tas-Syrian Observatory for Human Rights li kkonfermaw li l-belt ta’ Al-Bab kienet fost l-inħawi li ġarrbu l-agħar effetti tal-attakki.
Inqatlu wkoll tmien membri ta’ familja waħda b’kaġun ta’ barrel-bomb li niżlet fuq iz-zona ta’ Al-Shaar, li hi kontrollata mir-ribelli li qed jiġġieldu lil Assad.
Il-barrel bombs huma fil-parti kbira tankijiet taż-żejt jew ċilindri mimlija bl-isplussivi u li jitwaddbu mill-ajru fuq il-miri partikolari. Il-gruppi favur id-drittijiet umani jikkundannaw l-użu ta’ dawn il-bombi bħala strumenti tal-gwerra indiskriminattivi li jħallu numru kbir ta’ vittmi ċivili.
//= $special ?>