Lokali

Attivita’ mill-istudenti tal-Agrikoltura tal-MCAST

Għal darb’oħra l-Agribusiness Institute tal-MCAST qed jorganizza Open Weekend li se jinkludi f’ħafna attivitajiet divertenti għall-familja kollha. Fl-attivita’ se jkun hemm taħriġ fil-kura għall-annimali domestiċi, ikel Malti, bejgħ tal-pjanti u kif ukoll inbid li għandu togħma taż-żejt taż-żebbuġa.

L-Edizzjoni ta ‘din is-sena  se ssir bejn il-Ġimgħa 29 Mejju u l-Ħadd 31 mejju, 2015, fl-Agribusiness Institute tal-MCAST, f’Ħal Qormi. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma nhar il-Ġimgħa mill-10:00-14:00, nhar is-Sibt 10:00-18:00, u nhar il-Ħadd 9:00-18:00. Għal aktar informazzjoni tista’ żżur il-paġna tal-MCAST fuq Facebook.