Il-Front Ħarsien ODZ fi stqarrija illum talab għal trasparenza u determinazzjoni mill-Membri Parlamentari Maltin.
Il-Front stqarr li bħala moviment ċittadin, imwaqqaf u mmexxi minn ċittadini Maltin ta’ kull partit u affiljazzjoni, huwa kellu jitlob lil kull Membru Parlamentari sabiex jistqarr il-pożizzjoni tiegħu jew tagħha dwar il-ħarsien ambjentali u l-proġetti proposti fuq art ODZ, b’mod partikolari dak propost f’Wied il-Għajn.
Il-Front qal li jħoss li ċittadini Maltin għandhom ikunu jafu bl-aktar mod car x’jaħsbu r-rappreżentanti tagħhom dwar dawn l-iżviluppi, u min minnhom huwa lest li jiddefendi din l-art pubblika u jħarisha.
//= $special ?>

