IL-ĠURNALI LLUM IS-SIBT 30 TA’ MEJJU 2015
IN-NAZZJON titkellem dwar il-laqgħa tal-Kap tal-Oppożizzzjoni mal-lekċerers fl-Universita’ ta’ Malta fejn dawn esprimew tħassib dwar l-universita’ ġdida fiż-Żonqor. In-Nazzjon titkellem ukoll dwar kif il-gvern qiegħed jhedded l-għajxien tal-bejjiegħa tal-Monti f’Marsaxlokk.
THE MALTA INDEPENDENT titkellem dwar l-istedina tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil lid-Deputat Laburista Marlene Farrugia sabiex għada tattendi l-attivita’ li ser ssir fiż-Żonqor. Titkellem ukoll dwar kif is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes s’issa għad m’għandu ebda idea fejn ser jitpoġġew il-bdiewa li bħalissa qegħdin iż-Żonqor.
L=ORIZZONT, li hija l-gazzetta uffiċjali tal-General Workers Union, fil-faċċata tallega li l-Partit Nazzjonalista ried jagħmel impjant ta’ Reverse Osmosis fiż-Żonqor. Titkellem ukoll dwar id-deċiżjoni tal-Qorti b’rabta mal-kawża tal-Partit Nazzjonalista dwar iż-żewġ siġġijiet fil-parlament.
THE TIMES tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-kontroversja dwar l-isptar Mater Dei u l-concrete. Titkellem ukoll dwar l-għoti ta’ mija u ħamsin Ewro kumpens lil Daryl Luke Borg li ġie arrestat bi żball.
//= $special ?>