Ix-xogħol, is-saħħa u l-edukazzjoni huma prinċipji bażiċi tal-PN li dejjem kienu u jibqghu bhala prijorita ghall-Partit iżda magħhom iridu jiżdiedu l-pilastri tat-tmexxija tajba mill-gvern, valur ikbar lill-kultura u l-ambjent.
Dan sostnih il-Kap tal-PN Simon Busuttil waqt intervista fil-programm Newsbook fuq l-RTK dalgħodu.
Dwar il-proġett ta’ Żonqor, Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni se tiġġieled favur l-ambjent u se turi l-impenn tagħha favur l-ambjent biex in-nies tkun tista’ tafdaha, sostna l-Kap tal-PN.
Proġett li hu mdawwar minn kontroversji u u suspetti dwar il-kredibbilta tiegħu.
L-immigrazzjoni diskussa fil-programm bil-Kap tal-Oppożizzjoni jsosnti l-importanza tal-kredibbilta tal-pajjiż quddiem il-mekkaniżmu propost mill-Kummisjsoni Ewropea.
Simon Busuttil qal li l-każijiet ta’ xogħlijiet irregolari f’Għawdex juri wkoll id-differenza bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista bil-Prim Ministru Jospeh Muscat jibqa’ ma jieħux passi kontra l-Ministru Anton Refalo dwar każi ta’ xogħlijiet fil-privat minn ħaddiema tal-gvern f’Għawdex.
//= $special ?>