Internazzjonali

Kuba titneħħa mill-lista ta’ stati terroristi

Id-Dipartiment ta’ l-Istat Amerikan il-bieraħ filgħaxija ħabbar li Kuba kienet tneħħit mill-lista ta’ pajjiżi li jaħdmu b’risq it-terroriżmu. Pass importanti sabiex ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ eks għedewwa jieħdu pass sinjifikanti l-quddiem.

“L-eżaminazzjoni mill-ġdid tas-sitwazzjoni ta’ Kuba saret fuq struzzjonijiet tal-President iżda aħna naraw il-Proċess ta’ djalogu sabiex jerġaw jisaħħu r-relazzjonijiet diplomatiċi u jinfetħu mill-ġdid ambaxxati bħala proċess separat” saħaq Jeff Ratkhe f’isem id-Dipartiment ta’ l-Istat.

Il-President Kuban Raul Castro kien ilu żmien jitlob li jseħħ dan il-pass li issa jiftaħ it-triq beraħ sabiex ċittadini Kubani jiksbu visa sabiex jidħlu fl-Istati Uniti.