Militanti fil-provinċja Pakistana ta’ Balochistan attakkaw żewġ karozzi tal-linja fejn qatlu almenu għoxrin passiġġiera. Il-militanti ma kenux identifikati, bl-awtoritajiet tal-provinċja jgħidu li l-vetturi spiċċaw attakkati qrib il-belt ta’ Mastung meta kienu qed jivvjaġġaw lejn Karachi.
Ir-rapporti qalu li l-militanti ordnaw lill-passiġġieri jinżlu mill-karozzi tal-linja qabel fetħu n-nar għal fuqhom. Mifhum ukoll li l-aggressuri li wettqu l-massakru kienu lebsin l-uniformijiet tal-qawwiet tas-sigurta.
//= $special ?>