Il-komunita gay f’Malta organizzat il-Gay Pride March 2015 fil-Belt li għaliha attendew l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ministri, shadow ministers u deputati. Il-PN kien rapprezentat mill-Forum Opportunitajiet Indaqs, FOIPN.
Il-parata bdiet minn Bieb il-Belt u imxiet lejn Triq il-Merkanti u Triq ir-Repubblika.
Fil-parata ħadu sehem numru ta’ persuni mill-komunita li kienu lebsin kostumi u kellhom f’idejhom kartelluni konra d-diskriminazzjoni fis-soċjeta.
Spikka kartellun li rabat il-kontroversja dwar l-iżvilupp taż-Żonqor, mal-Prim Ministru u l-komunita gay.
Il-parata kienet akkumpanjata wkoll minn żewġ karrijiet li fuqhom kien hemm numru ta’ persuni mill-komunita gay bi bnadar bil-kuluri tal-qawsalla.
Fi stqarrija l-Moviment Graffitti esprima l-appoġġ tiegħu għall-komunita gay f’Malta u qal li filwaqt li jirrikonoxxi l-progress li sar jeħtieġ iktar għarfien tad-drittijiet ta’ persuni LGBTI mill-istituzzjonijiet edukattivi tal-pajjiż u mill-pubbliku.
//= $special ?>