Inċident li seħħ dalgħodu fi Triq Ix-Xatt fl-Imsida għal ħabta tas-sitta u għoxrin ta’ filgħodu ra’ raġel ta’ nazzjonalita barranija jisfa’ mtajjar.
L-inċident kien jinvolvi Peugeot Partner misjuqa minn raġel ta’ 27 sena mill-Mosta. Għadhomx mhux magħrufin id-dettalji dwar ir-raġel ta’ nazzjonalita’ barranija.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhuwiex fil-periklu tal-mewt.
Il-pulizija qegħda tinvestiga l-inċident.
//= $special ?>