Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara inċident f’San Ġwann

Il-bieraħ waranofsinhar fi Triq Bellavista f’San Ġwann sewwieq ta’ mutur minn Tas-Sliema sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm fejn irriżulta li l-mutur misjuq minn raġel ta’ 27 sena, ħabat ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 30 sena minn Ħaż-Zabbar.

Issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar fejn instab li sofra ġrieħi gravi iżda li ma kienx fil-periklu tal-mewt.