Fl-aħħar sigħat kienu salvati aktar mijiet ta’ immigranti mill-ibħra ‘l barra minn Sqallija u l-kosta tal-Libja.
Uffiċjali tal-gwardjani tal-kosta Taljani qalu li pajjiżhom għen isalva ‘l fuq minn 3,300 minn dawn l-immigranti f’perijodu ta’ 24 siegħa biss. L-immigranti kienu qed jippruvaw jaqsmu l-Mediterran lejn l-Ewropa u l-gwardjani tal-kosta wieġbu fil-pront għas-sejħiet ta’ emerġenza minn diversi opri tal-baħar.
Instabu 17 il-katavru fuq tlieta fost id- tal-immigranti. Intant, il-ħidma tas-salvataġġ, fil-parti kbira, titwettaq fiz-zoni tal-baħar viċin tal-Libja.
Ħadu sehem fil-missjonijiet tas-salvataġġ numru ta’ bastimenti mill-Irlanda, il-Ġermanja u l-Belġju.
Rapporti oħra qalu wkoll li frejgata tal-Ġermanja bl-isem ‘Hessen’ salvat mat-880 immigrant mill-ibħra ftit ‘il hinn mil-Libja. Din il-frejgata tifforma parti mill-missjoni estiża ta’ Triton li qed tmexxi l-Unjoni Ewropea bħala inizjattiva għall-kontroll tal-fruntieri marittimi.
//= $special ?>