Terremot li seħħ sigħat ilu f’qigħ il-baħar lejn in-Nofsinar mill-Ġappun immarka 7.8 fuq l-Iskala Richter u kien qawwi biżżejjed biex iriegħed il-bini f’Tokjo.
L-osservaturi qalu li t-terremot kien irreġistrat f’700 kilometru fond ta’ baħar. Rapporti minn Tokjo, sadanittant, sostnew li numru ta’ bini damu jitriegħdu għal kważi minuta iżda ma jidhirx li rriżultaw il-vittmi jew il-ħsarat serji.
//= $special ?>