Tifel ta’ għaxar snin tilef ħajtu f’inċident sfortunat li seħħ fis-Swieqi biswit il-Luxol Grounds fi Triq Sant’ Andrija.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-erbgħa ta’ wara nofs in-nhar meta t-tifel, li hu Libjan, intlaqat minn vettura tat-tip Peugeot 207 misjuqa minn Tork ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar. Jidher li l-inċident seħħ waqt li t-tifel kien qiegħed jaqsam it-triq.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza iżda tilef il-battalja mal-mewt ftit tal-ħin wara.
Kemm is-sewwieq tal-vettura u passiġiera ttieħdu l-isptar b’kaġun ta’ xokk qawwi.
L-identita’ tat-tifel kienet żvelata biss wara investigazzjoni intensiva tal-Pulizija għaliex għall-ewwel lanqas kien identifikat it-tifel.
Dwar il-każ għaddejja inkjesta maġisterjali bl-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija mill-għassa ta’ San Ġiljan.
//= $special ?>