X’taqbad tagħmel meta ssejjaħlek in-natura f’nofs Paceville?
Faċli hux. Tieqaf fejn int, tinża’ u tagħmel dak li għandek tagħmel f’nofs ta’ triq bejn żewġ karozzi.
Hekk għamlet tfajla li l-lejl li għadda, fit-tlieta ta’ filgħodu, kienet ma’ ġuvni f’nofs Paceville meta qabduha l-bżonnijiet naturali tagħha. Ftit li xejn ħabblet rasha. Waqfet fejn kienet, neżgħet il-libsa, baxxiet u għamlet dak li kellha tagħmel taħt il-bankina bejn żewġ karozzi.
Kif lestiet qamet, libset mill-ġdid u kompliet fi triqitha qisu qatt ma ġara xejn. Affarijiet li ma jitwemmnux li kieku mhux għax dan kollu nqabad fuq filmat ta’ kamera tas-sigurta’ ta’ stabbiliment fil-viċin.
//= $special ?>