Futbol Sport

Alexei Tabone mistenni jikkontesta għall-kariga ta’ President tal-MFRA

Fuq Replay (Net Television) kien żvelat li nhar it-Tnejn 8 ta’ Ġunju l-Kap Eżekuttiv Finanzjarju ta’ waħda mill-kumpaniji barranin li għandna f’Malta, Alexei Tabone (ritratt), se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ President tal-Malta Football Referees Association (MFRA).

Flimkien ma’ Tabone se jkun hemm ukoll l-eks referee tal-Premier Pawlu Caruana, l-assistent referee David Castillo, ir-referee tal-FIFA Alan Mario Sant u r-referee tal-Premier Malcolm Spiteri u l-assistent referee Christopher Francalanza fost l-oħrajn.

It-tim ta’ Tabne se jkun qed jisfida lill-amministrazzjoni attwali mmexxija mill-President Lorry Sammut u Alex Arena.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).