Aġġornata: Għall-attivita ta’ dalgħodu f’Żonqor point Marsascala, kien hemm attendenza tajba li rat nies minn kull qasam soċjali, kemm politiċi, residenti u bdiewa li jaħdmu fil-post.
Kif imħabbar, id-Deputata tal-Gvern Marlene Farrugia , kienet ukoll preżenti. L-attivita’ bdiet b’mixja fiż-żona u intemmet b’numru ta’ diskorsi inkluż mill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil
Aktar kmieni: Marlene Farrugia mistennija tattendi l-attivita tal-Partit Nazzjonalista f’Żonqor Point f’Marsascala
Illum fl-10:30 ta’ filghodu, l-Partit Nazzjonalista qed jappella lin-nies biex jipparteċipaw f’attivita li se tkun qed tilqa’ fiha lil dawk l-organizzazzjonijiet, entitajet, individwi u politiċi li huma kontra l-qerda ta’ art ambjentali fiż-żona protetta Żonqor Point f’Marsacala.
Fl-aħħar ġimgħat minn wara li tħabbar il-mod kif din iż-żona ambjentali se tinqered, kien kbir in-numru ta’ għaqdiet u individwu li ħargu ‘l quddiem u semmgħu leħinhom kontra dan l-iżvilupp.
Dan hu mument, isostni l-Partit Nazzjonalista, li irrispettivament mill-kulur politiku, in-nies ikunu flimkien biex żona ta’ sbuħija ambjentali u naturali u ta’ importanza ekologija ‘l barra miż-żona fejn jista jsir bini tibqa’ konsevata mhux biss għall-preżent iżda għall-futur.
//= $special ?>