Il-midfielder Brażiljan Emerson Marcelina se jibqa’ ma Floriana.
Ħabbar dan l-istess klabb wara staġun li fih Marcelina kien fost l-aqwa barranin tal-klabb u għen ħafna kemm fil-midfield u d-difiża tal-iskwadra.
Marcelina għandu 24 sena u minbarra esperjenza ma’ FC Viitorul fir-Rumanija lagħab ukoll fil-Lega Pro tal-Italia ma’ Hellas Verona fl-istaġun 2010/11.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

