L-ambjentalista u atleta Jane Caruana qalet li l-pajjiż ma jistax jitlef il-karattru tal-lokalitajiet u l-irħula billi jkun aċċettat li kull art ambjentali tinbeda.
Meta tkellemt fiż-Żonor ilbieraħ, Jane Caruana tkellmet dwar l-importanza tal-art mhux mittiefsa uq qalet li din għandha valur kif inhi. Hi sostniet li jekk kullmkien se jimtela bil-bini mhux se jkun hemm distinzjoni bejn Tas-Sliema u Marsacala bil-konsegwenza li l-lokalitajiet u l-irħula jitilfu l-identità tagħhom.
Jane Caaruna kompliet li l-awtoritajiet għandhom jikkunsidraw l-aspett tas-saħħa tal-poplu u qalet li kulaħdd irid jirrikonoxxi li l-art hi wkoll wirt kulturali. Dan il-pajjiż qed jimrad minħabba t-tniġġiż tal-arja, rrimarkat Jane Caruana, li enfażizzat li l-gvern irid jifhem li din l-art taż-Żonqor m’hix għlal-bejgħ għaliex minnha u zoni oħra bħalha l-poplu se jagħmel gwadan fis-saħħa.
//= $special ?>

