F’diskors waqt l-attività fiż-Żonoqr, id-deputat Laburista Marlene Farrugia appellat lill-gvern biex ma jbigħx l-art imprezzabbli tal-pajjiż lill-ewwel investitur barrani li jiġi.
Marlene Farrugia qalet li hi tħobb lil Malta, rriferiet għat-tfulija tagħha f’familja Laburista bis-slogan ‘Malta l-Ewwel u Qabel Kollox’ u għall-ħidma politika tagħha fil-PN fit-tmeninijiet b’silta mill-innu tal-PN ‘Sbejħa Patria Uliedek Aħna’ u qalet li dawk li qed jitkellemu favur il-konservazzjoni tal-ambjent illum huma l-leħen tal-Maltin u l-Għawdxin.
Id-deputat Labuirsta kompliet li jeħtieġ niddefendu dak kollu li jagħmel lil Malta unika. L-isbaħ wirt li għandha Malta hi propju s-sbuħija naturali għaliex din tifforma parti mill-karattru Malti. Id-deputat Laburista kompliet li ħadd m’hu qed jopponi l-investiment barrani iżda dan l-investiment m’għandux jeqred aspetti imprezzabbli tal-pajjiż. Il-Maltin, sostniet Marlene Farrugia, għandhom jgħidu lill-gvern u jkollhom il-kurraġġ jiddikjaraw quddiem il-gvern biex dan jieqaf ibiegħ lil Malta. Hi qalet li l-Kap tal-PN Simon Busuttil kien għamel dikjarazzjoni li meta jkun fil-gvern, il-PN se jiddefendi l-ambjent bl-istess li qed jiddefendih mill-Oppożizzjoni. Għandi tama li l-gvern Laburista jsarraf l-għajta ta’ ‘Malta Tagħna Lkoll’ u jiddikjara li mhux lets ibigħ lil Malta lill-ewwel investitur li jiġi, appellat id-deputat Laburista li kompliet li ż-Żonqor hu kollu tal-poplu u hekk għandu jibqa’. Hemm siti alternattivvi oħra li fihom jista’ jsir l-investiment u għalhekk il-gvern għandu jisma lill-poplu. Marlene Farrugia temmet id-diskors tagħha b’silta mill-innu tal-PL li fih enfazizzat din il-kontroversja taż-Żonqor għandha tkun rebħa tal-Maltin kollha.
//= $special ?>