Lokali

FILMAT: Wistin Pulis: Il-Gvern għandu jsib post alternattiv għall-Ġordaniżi mhux għall-bdiewa Maltin

Bidwi li jaħdem ir-raba’ fiż-Żonqor iddikjara li mhux minnu li fl-għeliqei taż-Żonqor jikber biss nil-qamħ għaliex il-fatti huma li f’dawn l-għeliqei ħammiela jikbru diversi prodotti fosthom patata li tkun esportata lejn l-Olanda. Il-Gvern għandu jsib post alternattiv għall-Ġordaniżi mhux għall-bdiewa Maltin.

F’diskors fil-protesta fiż-Żonqor, il-bidwi Wistin Pulis qal li hu kien qed jitkellem f’isem ħafna bdiewa. Filwaqt li kkonferma li l-għelieqi taż-Żonqor ma jintużawx għall-qamħ biss, Wistin Pulis qal li l-art fiż-Żonqor hi tajba ħafna u fiha l-bidwi jipproduċu diversi prodotti agrikolu.

Fost dawn titkabbar patata li tkun esportata lejn l-Olanda, spjega Wistin Pulis, li kompla li lejliet l-elezzjoni ġenerali tal-2008 kien ma mrpersuna ufqu u qallu li ried jixtri l-art. Il-bidwi kompla li hu kien qal lil din li-persuna li hu kien jaħġdem l-art u li meta tkellem mas s-sidien kienu qalulu li dan ma kinx minnu.

Wistin Pulis qal li din l-istess persuna llum qed ittkellem ħafna favur il-proġett u staqsa minn min se jisma l-gvern, mill-bdiewa jew mill-persuni li jridu l-art. Filwaqt li l-bdiewa m’humiex kontra proġetti ta’ investiment, il-bidwi Wistin Pulisn qal li l-bdiewa ma jistgħux jaqblu li tinqred art agrrikola. Hu qal li minflok il-gvern irid jibgħat lill-bdiewa f’postijiet oħra għandu jibgħat lill-investitur Ġordaniż f’postijiet oħra fejn ma tkunx ikkaġunata ħssra ambjentali.