Futbol Sport

Giovanni Tedesco maħtur kowċ ta’ Birkirkara F.C.

Birkirkara F.C. ħabbru lill-eks kowċ ta’ Floriana Giovanni Tedesco bħala l-kowċ ġdid tagħhom.

Din l-aħbar waslet jumejn wara li l-klabb ħatar lill-avukat Adrian Delia bħala President u l-aħbar li ntlaħaq ftehim biex Paul Zammit ixolji l-kuntratt ta’ sena li kien fadallu bħala kowċ tal-klabb.

Il-ħatra ta’ Giovanni Tedesco fit-tmexxija tal-klabb tfisser pass eqreb biex il-plejer Taljan Fabrizio Miccoli jiffirma bħala plejer ta’ Birkirkara. L-istess Miccoli ftit jiem ilu kien f’Malta u qal li qed iżur xi ħbieb tiegħu, fosthom Tedesco, li miegħu kien jilgħab fil-passat.

L-aħbar li Giovanni Tedesco jista’ jkun kowċ ta’ Birkirkara kienet żvelata minn dan is-sit fil-11 ta’ Mejju.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).