Ambjent Lokali

In-nies fiż-Żonqor jiddefendu l-ambjent

Mijiet ta’ nies minn kull livell tas-soċjetà dalgħodu ingħaqdu flimkien f’Żonqor Point Marsacala biex isemmgħu leħinhom kontra l-pjan tal-gvern Labuirsta li jeqred l-ambjent pittoresk tal-post u jibni univeristà b’investiment mill-Ġordan.

marlene talk

Il-qofol ta’ din l-attività kienu mhux bis sil-parteċipazjozni tna-nies iżda d-diskors tal-Kap tal-PN Simon Busuttil, tad-deputat Laburista Marlene Farrugia, tal-lectruer Josef Lauri, l-ambjentalista Jane Caruana , tal-bidwi Wistin Pulis u taż-żagħżugħ minn MarsaskalaThomas Bugeja.

Simon Busuttil : Il-PN bi dritt u obbligu li jiddefendi l-ambjent

Il-messaġġ tal-Kap tal-PN Simon Busuttil kien wieħed ta’ difiża favur l-ambjent; messaġġ li fih  qal li l-poplu għandu dritt u obbligu li jiddefendi l-ambjent taż-Żonqor.

Filwaqt li tkellem dwar is-sbuħija naturali tal-post, Simon Busuttil qal li l-poplu għandu jkun jaf ukoll għaliex il-Gvern għażel dan is-sit u x’hemm wara din id-deċiżjoni. Hu kompla li l-Oppożizzjoni diġa’ talbet li r-rapport dwar l-għażla ta’ dan is-sit ikun diksuss fil-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent. Jeħtieġ li jkun hemm traspatenzza fl-għażla ta’ deċiżjonjiet ambjentali, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li l-oġġezzjoni tal-poplu mhix biss fuq l-aspett ambjentali iżda wkoll fuq it-tip ta’ proġett. Dan għall-fatt li propju ftit ġranet wara l-iffirmar tal-ftehim mal-investituri Ġordaniżi, il-gvern ippubblika avviż legali li bih niżżel il-livell rikjest għal università f’Malta.

L-Oppożizzjoni qed tinsisti wkoll li dan l-avviż legali jkun diskuss fil-parlament biex il-poplu jkun jaf ukoll x’wassal biex il-gvern ħa din id-deċiżjoni fis-settur edukattiv. Il-pajjiż għandu jgħolli l-livelli edukattivi u mhux ibaxxihom, sostna Simon Busuttil.