Kmieni dalgħodu, membri mill-Forzi Armati ta’ Malta intervjenew biex isalvaw raġel li kien abbord dgħajsa tas-sajd Franċiża.
Jidher li għal xi raġuni, ir-raġel kellu bżonn attenzjoni medika urġenti, tant li kellu jittieħed minn fuq id-dgħajsa permezz ta’ helikopter tal-Forzi Armati. Id-dgħajsa kienet tinstab fil-Lbiċ ta’ Malta, xi ħamsin mil nawtiku mill-kosta.
Hu twassal l-isptar San Luqa u ttieħed minn hemmhekk b’ambulanza sal-isptar Mater Dei fejn ingħata l-ewwel kura.
//= $special ?>

