Il-kowċ Jesmond Zerafa ħabbar li mhux se jkompli jmexx din l-iskwadra li ħa f’idejh f’Ottubru li għadda.
L-eks kowċ ta’ Valletta, Tarxien Rainbows, Balzan u Qormi kien ħa t-tmexxija tat-tim li kien jinsab fil-post ta’ qabel tal-aħħar fil-Kampjonat Premier u rnexxielu jwasslu sas-seba’ post b’25 punt, punt taħt Sliema Wanderers.
Matul il-karriera tiegħu bħala kowċ, Zerafa wassal lil Qormi għal promozzjoni fil-Kampjonat Premier u rebaħ darbtejn infila l-Kampjonat Premier ma’ Valletta.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

