Il-pilota Zvizzeru Andre Borschberg beda t-tentattiv biex jaqsam il-Paċifiku fejn irid jivvjaġġa b’ajruplan sperimentali miċ-Ċina għall-Hawaii.
L-ajruplan, Solar Impulse, ma jaħdimx bil-fuel u waqt li l-wisgħa tiegħu hu aktar minn ta’ ajruplan jumbo, il-piż tiegħu hu anqas minn ta’ vettura kbira. L-ajruplan sperimentali jeħtieġ li r-riħ ikun favur tiegħu u li t-temp jippermetti biex is-17,000 ċellel fotovoltajċi mal-ġwienah jaqbdu l-massimu tal-enerġija solari li tixprunah ‘il quddiem.
Borschberg hu pilota ta’ esperjenza kbira minbarra li inġinier imħarreġ li hu familjari sew mas-sistemi tal-ajruplan. Is-Solar Impulse, intant, telaq minn Nanjing fiċ-Ċina u mistenni li Borschberg idum fl-ajru bejn ħames u sitt ijiem, bħala parti minn titjira kontinwa, sakemm jilħaq id-destinazzjoni tiegħu fiċ-ċentru tal-Paċifiku.
//= $special ?>