Is-Segretarju tal-Istat Amerikan , John Kerry, kiser saqajh f’inċident bir-rota fl-inħawi ta’ Scionzier, qalb l-Alpi Franċiżi u lejn ix-xlokk mill-fruntiera mal-Iżvizzera.
L-aħħar rapporti qalu li Kerry ittieħed l-isptar fil-belt Żvizzera ta’ Ġinevra, fejn jinsab f’kundizzjoni stabbli. Hu mistenni jfiq kompletament mill-ksur li ħarrab, bil-kelliema qrib tiegħu jgħidu li s-Segretarju jinsab ‘bil-moral għoli’.
Intant, Kerry, li kien mar fl-Iżvizzera għal taħditiet dwar il-programm nukleari tal-Iran, kellu jħassar iż-żjarat ipprogrammati f’Madrid u Pariġi u meta, ‘il quddiem, mistenni li jittieħed lejn l-Istati Uniti għall-kura.
//= $special ?>